Saturday, September 7, 2024

Folarin Balogun jingħaqad ma’ Monaco 

Aqra wkoll

Monaco għadhom kemm akkwistaw lill-plejer Amerikan Folarin Balogun mingħand Arsenal. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u jilgħab bħala attakkant. Fil-karriera tiegħu fil-bidu lagħab mat-tim nazzjonali Ingliż fil-livell taż-żgħażagħ iżda dan l-aħħar iddeċieda li jilgħab mat-tim nazzjonali Amerikan . 

Balogun kien qed jilgħab ma’ Arsenal u nxtara mill-klabb mill-Prinċipat għas-somma ta’ €45 miljun.  

Sadanittant ilbieraħ, Balogun għamel it-testijiet mediċi fil-klinika tal-klabb u mistenni jiġi ppreżentat fil-jiem li ġejjin.  

Ekonomija

Sport