Tuesday, November 18, 2025

Folla sabiħa tilqa’ lill-plejers nazzjonali tal-Blackball fir-ritorn lura f’Malta

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija wasal lura Malta l-kontinġent tat-tim nazzjonali tal-Blackball li kien qed jikkompeti fil-Kampjonat Ewropew li sar fil-belt Irlandiża ta’ Ennis.

Kien suċċess kbir għall-plejers Maltin li ħadu sehem f’kategoriji differenti hekk kif irnexxielhom jirbħu erba’ midalji tad-deheb u tlieta tal-fidda.

F’dan it-turnew kien hemm madwar 1200 plejer jipparteċipaw. Kienu għaxart ijiem ferm intensivi għall-plejers Maltin li minkejja kollox taw qalbhom sabiex komplew jikkonfermaw li l-Blackball Malti jinsab fl-aqwa livell possibbli.

Mal-wasla tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, kien hemm folla sabiħa tilqa’ lill-plejers Maltin. Il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt ippreżenta memento kommemorattiv lil dawk il-plejers li kisbu l-midalja tad-deheb f’dawn il-logħob għalkemm kellu wkoll kliem ta’ tifħir għall-kontinġent kollu li tassew għamel unur lil Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport