Monday, December 23, 2024

Folol ta’ nies jilqgħu s-sena l-ġdida fi New Zealand

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Pajjiżi madwar id-dinja bdew jiċċelebraw il-bidu ta’ sena ġdida b’esebizzjonijiet mill-isbaħ kkaratterizzati minn bosta kuluri li dwew is-smewwiet.

Samoa u Tonga kienu minn ta’ quddiem li ċċelebraw mill-belt ta’ Apia, iżda l-aktar li spikkat kienet l-esebizzjoni f’Auckland fi New Zealand. Hawnhekk wieħed seta’ jinnota folol ta’ persuni li nġabru biex jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida 2021 u dan hekk kif il-pajjiż tista’ tgħid irnexxielu jelimina l-virus tal-Covid-19 b’miżuri stretti u lockdown fl-ewwel stadji tal-pandemija. 

Filwaqt li normalment Londra tiċċelebra dan l-mument b’waħda mill-akbar esebizzjonijiet, din is-sena s-sitwazzjoni hija mod ieħor, hekk kif miljuni ta’ persuni jinsabu f’restrizzjonijiet stretti minħabba s-sitwazzjoni allarmanti fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport