Saturday, November 2, 2024

Fond li jirregola depożiti ta’ banek li jkunu se jxolju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Gvern ressaq abbozz ta’ liġi li fih qed jipproponi li jirregola l-mod kif jiġi faċilitat il-proċess ta’ xoljiment u stralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waqt li jkunu rilaxxati l-bilanċi residwi trasferiti.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna irrimarka li r-regoli jitolbu li meta bank jasal f’punt ta’ diffikultà l-awtoritajiet iridu jiddeċiedu jekk isalvawhx jew le u żied li jekk iva jidħol il-Bank Ċentrali mentri jekk le nitkellmu fuq ‘resolution’ mhux fuq ‘recovery’.

Kien hawn li huwa semma kif dan l-abbozz ta’ liġi jaħseb biex jitwaqqaf fond biex jieħu ħsieb ir-rilaxx tad-depożiti passivi u jiġu regolarizzati ħlasijiet lura waqt li juża l-bilanċ li jifdal fl-interess pubbliku fosthom fl-edukazzjoni, għanijiet soċjali, il-ġustizzja, l-ambjent u s-saħħa pubblika.

Il-Ministru Scicluna iddeskriva wkoll dan l-abbozz ta’ liġi bħala pass ieħor biex il-Gvern u l-awtoritajiet regolatorji jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Min-naħa tiegħu, il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar il-finanzi Mario de Marco wissa li r-reputazzjoni ħażina li għandu pajjiżna jista’ jtellef dak li kiseb fl-aħħar snin.

Sport