Sunday, November 24, 2024

Football: L-IFAB jirrakkomanda r-regola ta’ ħames sostituti

Aqra wkoll

Dawk li jfasslu l-liġijiet tal-football, l-International Football Association Board (IFAB), irrakkomandaw li ħames sostituzzjonijiet minn kull team jiġu implimentati b’mod permanenti fl-isport.

Ir-regola ġiet introdotta għall-ewwel darba f’Mejju, 2020 –  xahar qabel ma reġa’ beda l-football wara li twaqqaf minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Il-Premier League vvota kontra t-tkomplija tiegħu fl-istaġun 2020-21.

Il-kampjonati u l-kompetizzjonijiet tal-football individwali se jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk jimplimentawx ir-re­goli jew le.

Id-deċiżjoni ssegwi laqgħa preseduta mill-FIFA li saret nhar l-Erbgħa, li tinvolvi l-Footbal and Technical Advisory Panel tal-IFAB.

Fi stqarrija, l-IFAB qal: “FAP-TAP illum irrakkomanda li l-kompetizzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jżidu n-numru ta’ sostituti skont il-bżonnijiet tal-ambjent tal-football tagħhom, filwaqt li n-numru attwali ta’ opportunitajiet ta’ sostituzzjoni (flimkien ma’ tlieta fil-mistrieħ) għandu jibqgħu l-is­tess.”

Il-leġiżlaturi qalu li huma jsegwi “għadd ta’ talbiet minn konfederazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, kampjonati u parti­jiet interessati ewlenin oħra biex din l-għażla tiġi introdotta b’mod permanenti”.

Ħafna clubs tal-Premier League huma maħsuba li ħassew li jkollhom ħames sostituti jkunu ta’ benefiċċju inġust għall-clubs ewlenin bi skwadri aktar b’saħħithom.

Madankollu, xi managers ewlenin, fosthom Jurgen Klopp ta’ Liverpool u Pep Guardiola ta’ Manchester City, qabel qalu li l-limitu fuq il-bidliet ikkontribwixxa għall-problemi tal-injuries.

Sport