L-aqwa skorer tal-Brażil, Marta, ħarġet mill-ground bid-dmugħ f’għajnejha wara li ġiet murija karta ħamra diretta waqt it-telfa ta’ 2-0 kontra Spanja, fit-tournament Olimpiku tal-football tan-nisa.
Marta, li se tirtira mill-football internazzjonali din is-sena, tkeċċiet wara li falliet għal ftit li tolqot ras Olga Carmona b’daħla perikoluż b’sieq għolja waqt il-partita ta’ Grupp Ċ, f’Bordeaux.
It-tamiet tagħha li terġa’ tidher fit-tournament għadhom ħajjin meta l-Brażil, għamluha għall-kwarti-finali, wara li s-Selecao avvanzaw bħala wieħed mill-aqwa żewġ timijiet fit-tielet post flimkien mal-Kolumbja b’dawk li baqgħu barra huma l-Awstralja minħabba d-differenza injerjuri tal-goals miż-żewġ timijiet l-oħra.
Il-Brażil kienu f’paritá meta Marta tkeċċiet ftit qabel il-mistrieħ, bl-Ispanjoli, jiskorjaw fit-68 minuta minn Athenea del Castillo waqt li fis-17-il minuta tal-ħin miżjud – estensjoni mqanqla minn dewmien ta’ injuries multipli – biex iżommu r-rekord tagħhom ta’ 100%.
Marta, ta’ 38 sena, rebħet il-fidda Olimpika f’Ateni 2004 u Beijing 2008, fejn tilfet kontra l-Istati Uniti fiż-żewġ okkażjonijiet.
Hija l-aqwa skorer ta’ kull żmien fit-Tazza tad-Dinja, tal-irġiel jew tan-nisa, bi 17-il goal fi 23 dehra f’sitt tournaments.
Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp, il-Ġappun għelbu lin-Niġerja 3-1 biex spiċċaw fit-tieni post, fejn għalihom sabu x-xibka Maika Hamano (22), Mina Tanaka (32) u Hikaru Kitagawa (45+5), b’Jennifer Echegini (42) twieġeb għan-Niġerja.
L-Istati Uniti żammew il-bidu perfett tagħhom fil-kompetizzjoni b’rebħa ta’ 2-1 fuq l-Awstralja biex temmew l-ewwel fi Grupp B.
Goal f’kull taqsima minn Trinity Rodman (43) u s-sostitut Korbin Albert (77) poġġew lit-team ta’ Emma Hayes f’kontroll sod, għalkemm sforz tard minn Alanna Kennedy (91) żgura finali nervuż.
Il-Ġermanja aċċertaw post fl-aħħar tmienja b’rebħa 4-1 fuq Żambja b’żewġ goals f’kull taqsima li ġew minn Lea Schueller (10, 61), Karla Buehl (47) u Elisa Senss (97). Għall-Afrikani Barbra Banda (49) kienet għamlet l-iskor temporanju 2-1.
Iċ-champions renjanti l-Kanada għamluhom tliet rebħiet infila meta għelbu lill-Kolumbja 1-0 bil-goal importanti jasal minn Vanessa Gilles (61).
Magħhom għaddew l-ospiti Franza li għelbu lil New Zealand 2-1 b’doppjetta ta’ Marie-Antoinette Katoto (22, 49) bil-goal tal-Kiwis jiġi minn Kate Taylor (42).
L-Amerikani, li huma rebbieħa rekord ta’ erba’ midalji tad-deheb fil-kompetizzjoni se jiffaċċjaw lill-Ġappun f’ripetizzjoni tal-finali minn Londra 2012.
Il-kwarti-finali tan-nisa, li se jintlagħbu s-Sibt huma:
3.00 pm: Stati Uniti v Ġappun; 5.00 pm: Spanja v Kolumbja; 7.00 pm: Kanada v Ġermanja; 9.00 pm: Franza v Brażil.
Sadanittant il-Ġimgħa jintlagħbu l-kwarti-finali tal-irġiel kif ġej:
3.00 pm: Marokk v Stati Uniti; 5.00 pm: Ġappun v Spanja; 7.00 pm: Eġittu v Paragwaj; 9.00 pm: Franza v Arġentina.