Sunday, November 24, 2024

Football tan-Nisa: Illum Malta tilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq

Aqra wkoll

It-team nazzjonali tan-nisa, immexxi mill-coach Manuela Tesse, illum se jilgħab l-ewwel partita minn Grupp 3 tal-logħob ta’ kwalifikazzjoni tan-Nations League B meta f’Belfast jaffronta lill-Irlanda ta’ Fuq.

In-nisa Maltin ġejjin minn promozzjoni għal dan il-League wara li spiċċaw l-ewwel f’League C li kien jinkludi lil-Latvja, il-Moldova u Andorra.

Din se tkun ukoll waħda minn żewġ partiti li se jkollhom il-Maltin f’temp ta’ ftit ġranet hekk kif nhar it-Tlieta jaffaċ­ċjaw il-qawwa tal-Portugall fis-Centenary Stadium. 

Tesse kellha ċ-ċans tara lill-players tagħha fl-aħħar logħob ta’ ħbiberija tal-VisitMalta Women’s Trophy li sar fi Frar li għadda fejn il-Maltin rebħu lill-Faroe Islands 2-0 u spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra l-Belarus.

l-logħba se tibda fit-8.00 pm ħin ta’ Malta f’Windsor Park, li jesa’ 18,500 spettatur.

Il-kowċ Tesse kellha sessjoni ta’ taħriġ f’Malta it-Tlieta filgħodu qabel ma marru f’Belfast fejn komplew jintensifikaw matul dawn il-jiem. Il-Maltin sabu temperatura ta’ 9 gradi Celsius fil-belt kapitali Irlandiża fejn kellhom ukoll iċ-ċans jaraw sew l-impjant ta’ Windsor Park fejn se ssir il-partita.

L-avversarji se jkunu l-Irlanda ta’ Fuq, team li jinsab irrankjat fis-46 post tal-FIFA. Fl-aħħar edizzjoni tal-UEFA Women’s League huma spiċċaw fit-tielet post ta League B1 li kien jinkludi lir-Repubblika Irlandiża, l-Ungerija u l-Albanija. Huma kisbu seba’ punti minn sitt partiti wara żewġ rebħiet, draw u tliet telfiet. It-team huwa mmexxi minn Tanya Oxtoby li ħadet ir-riedni tat-team f’idejha s-sena l-oħra. L-iktar plejer rappreżentattiva għall-Irlandiża hi d-difensur Sarah McFadden li għandha 36 sena u li lagħbet 104 partiti mat-tim nazzjonali.

Sport