Friday, November 28, 2025

Football tan-Nisa: Illum Malta tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Kroazja

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Il-coach nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse, qed tħejji lill-players tagħha għall-aħħar impenn tas-sena 2025 hekk kif illum se jaffrontaw lill-Kroazja fl-ewwel minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija.

Dawn il-partiti huma essenzjali fil-proċess ta’ preparazzjoni għall-fażi ta’ kwa­lifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew li se jintlagħab is-sena d-dieħla hekk kif Malta tinsab fl-istess grupp tal-Irlanda ta’ Fuq, l-Isvizzera u t-Turkija.

Malta se tidħol għal dawn il-logħbiet b’numru ta’ players neqsin minħabba li qed jirkupraw minn injury, fosthom l-attakkanta Haley Bugeja, kif ukoll Fiona Buttigieg, Jana Barbara u Charlene Zammit.

Madankollu, hemm aħbar pożittiva bl-inklużjoni ta’ Sara Saliba, attakkanta ta’ taħt 19-il sena, li reġgħet ingħaqdet mat-team nazzjonali tal-kbar u li se tagħti saħħa addizzjonali ta’ għażliet fil-linja ta’ qud­diem.

Il-coach Tesse enfasizzat kemm hu importanti li t-team jibqa’ b’ritmu kompetittiv u kif dawn il-logħbiet se jservu bħala prova biex tara kif il-players, kemm il-veterani kif ukoll il-ġodda, jaddattaw għall-pressjoni u l-mod ta’ logħob differenti kontra avversarju ferm ikkwotat.

Dan il-mument huwa wkoll opportunità biex il-players iż-żgħar ikollhom ħin fil-ground u jkollhom esperjenza siewja qud­diem players ta’ livell internazzjonali, liema fatt  jgħin biex jissaħħu fil-livell tal-kbar.

Il-Kroazja, magħrufa bħala “Lavice” jew Lionesses, huma mmexxija mill-coach Nenad Gracan, b’Doris Bacic bħala l-captain tagħhom. Il-player bl-aktar dehriet għal pajjiżha hija Iva Landeka b’102 logħbiet, filwaqt li l-aħjar skorer hija Maja Joscak b’20 goals.

Il-Kroazja bħalissa tinsab fid-59 pożiz­zjoni fir-rankings tal-FIFA bl-ogħla pożiz­zjoni tagħhom tkun 44 bejn Lulju 2003 u Ġunju 2005, u l-inqas pożizzjoni kienet 65, f’Novembru 2010 u Lulju 2011.

Fuq livell tat-team nazzjonali Malti, dawn il-logħbiet se joffru wkoll eżami ta’ struttura difensiva, koordinazzjoni fil-midfield u l-abbiltà tal-attakkanti biex joħolqu u jikkonkludu l-opportunitajiet quddiem il-lasti … kontra team li hu tal-livell tal-iskwadri l-oħra li se jiltaqgħu magħhom matul il-logħob ta’ kwalifikazzjoni li jmiss.

B’mod partikolari, Tesse tat iċ-ċans lil diversi players żgħażagħ jew bi ftit minuti fil-ground fiż-żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Belarus li tilfuhom 2-0 u 1-0 rispettivament.

Il-logħba se tintlagħab fis-Centenary Sta­dium, fis-7.00 pm. Nhar it-Tnejn tintlagħab t-tieni partita ta’ ħbiberija li din id-darba tibda fil-5.00 pm u se tintlagħab fl-istess ground.

L-iskwadra msejħa minn Tesse hija:

Goalkeepers: Maya Cachia (Hibernians); Giulia D’Antuono, Patricia Ebejer (Mgarr U.).

Difensuri: Rebecca Bajada, Leanne Cefai, Maia Debono (Mgarr U.); Jessica Dimech, Georgiana Mifsud (Hibernians); Tammy Falzon, Jade Schembri,  Emma Xuereb (Swieqi U.); Stephania Farrugia (Birkirkara); Alexandra Gatt (Hull City Ladies – Ingilterra); Oceane Grange (SV Zulte Waregem – Belġju); Emma Lipman (Genoa FC – Italja); Maya Lucia (Apollon Ladies FC – Ċipru).

Midfielders: Brenda Borg (Mgarr U.); Michaela Cachia, Sarah Urpani, Shona Zammit (Swieqi U.); Rachel Cuschieri (Genoa FC – Italja); Amber Grech (Mgarr U.); Nicole Sciberras (Hibernians).

Attakkanti: Leah Ayres (Hibernians); Yulya Carella (Mgarr U.); Maria Farrugia (Bristol City – Ingilterra); Sara Saliba (Swieqi U.); Kailey Willis (ACF Brescia Calcio Femminile – Italja).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport