L-iskwadra nazzjonali tan-nisa ġiet imnaqqsa għal 22 player mill-coach, Manuela Tesse, għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Estonja li se tintlagħab, nhar il-Ġimgħa li ġej, 7 ta’ April, fi Sportland Arena.
Oriġinarjament, Tessa kienet għażlet 29 player qabel it-taħriġ li beda fit-30 ta’ Marzu li għadda bil-players bbażati barra minn Malta ngħaqdu mal-iskwadra wara tmiem il-ġimgħa minħabba l-impenji tagħhom.
L-iskwadra mqassra hija komposta minn:
Goalkeepers: Janice Xuereb (Birkirkara), Patricia Ebejer (Mgarr U.).
Difensuri: Stephania Farrugia, Ann Marie Said, harlene Zammit (Birkirkara), Emma Lipman (Como Women – Italja), Rebecca Bajada (Mgarr U.), Jessica Lee Dimech, Jade Schembri, Emma Xuereb (Swieqi U.).
Midfielders: Veronique Mifsud, Gabriella Zahra (Birkirkara), Nicole Sciberras (Hibernians), Brenda Borg (Mgarr U.), Rachel Cuschieri (Sampdoria – Italja), Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi U.).
Attakkanti: Raina Giusti, Alishia Sultana (Birkirkara), Kailey Willis (Chievo Verona – Italja), Maria Farrugia (Durham – Ingilterra), Haley Bugeja (Orlando – Stati Uniti).