Sunday, December 29, 2024

Football tan-Nisa: L-Ingilterra jirbħu l-Finalissima

Aqra wkoll

L-Ingilterra għelbu lill-Brażil meta quddiem 83,138 spettatur f’Wembley Stadium spiċċaw draw 1-1 iżda rebħu 4-2 bil-penalties drammatiċi biex rebħu l-ewwel Finalissima tan-Nisa u estendew il-mixja tagħhom mingħajr telfa għal 30 logħba.

Chloe Kelly, li skorjat il-goal tar-rebħa fil-finali tal-Euro 2022 f’Wembley s-sena l-oħra, skorjat il-penalty deċiżiv u mmedjatament ġriet biex tiċċelebra mal-partitarji fl-istands.

Is-sostituta Brażiljana Andressa Alves da Silva kienet kisbet id-draw fit-93 minuta wara li Ella Toone fetħet l-iskor għal Lionesses fit-23 minuta.

Kienet lejla storiku li rat liċ-champions Ewropej jiġu ttestjati b’mod sever mir-rebbieħa tal-Copa America, iżda spiċċat bil-vista familjari tal-captain Leah Williamson tgħolli t-trofew.

Ekonomija

Sport