Malta ………………..0
Irlanda ta’ Fuq ….2
Minn Cristian Muscat
Wirja qalbiena ma kinitx biżżejjed għat-team nazzjonali Malti tan- nisa meta fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew, safa megħlub bl-iskor ta’ 2-0 mill-Irlanda ta’ Fuq biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima.
B’hekk, il-Maltin baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika b’punt wieħed biss fi Grupp B3.
Kienu l-Maltin li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti, Haley Bugeja kellha t-tentattiv tagħha jistampa mal-wieqfa.
Minuta biss wara Maria Farrugia kellha xutt salvat tajjeb mill-goalkeeper, Jacqueline Burns.
Il-Maltin komplew jippressaw u fil-ħames minuta daqqa ta’ ras ta’ Kailey Willis ġiet salvata tajjeb mill- istess Burns.
Iżda fid-disa’ minuta, kontra x-xejra tal-logħob kienu l-Irlandizi li fetħu l- iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu meta l-captain Emma Lipman għaddiet pass lura fid-direzzjoni tal- goalkeeper, Patricia Ebejer, iżda din inqabdet barra minn postha bil-ballun jibqa’ dieħel fix-xibka għal auto-goal sfortunat.
Fil-35 minuta il-coach ta’ Malta, Manuela Tesse, kellha teffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġgħet Haley Bugeja biex minflokha daħlet tilgħab is-sostituta Maya Lucia.
Fit-38 minuta, l-Irlanda ta’ Fuq resqu viċin li jirduppjaw meta minn azzjoni ta’ free-kick, Rachel Dugdale, kellha d-daqqa ta’ ras mill-viċin salvata minn Ebejer.
Fit-52 minuta, Keri Halladay, kellha t-tentattiv tagħha milqugħ minn Ebejer.
Sitt minuti wara kienu sfortunati li ma rduppjawx meta daqqa ta’ ras ta’ Laura Rafferty ħabtet mal-mimduda qabel intemmet barra.
Il-Maltin wieġbu mill- azzjoni li segwiet meta Kailey Willis qabdet lil Burns barra minn postha u ttantat xortiha permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm barra.
Il-Maltin bdew ibatu ħafna mill-inizjattiva tal-Irlanda u fit-80 minuta sofrew it-tieni goal meta wara li rċeviet cross mil-lemin, KERRY BEATTIE, permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefgħet ġewwa.
MALTA: 23-Patricia Ebejer, 16-Charlene Zammit (18-Emma Xuereb 87), 5-Stefania Farrugia, 4-Emma Lipman (6-Valentina Rapa 87), 3-Ann-Maire Said, 17-Brenda Borg, 14-Shona Zammit, 8-Rachel Cuschieri (2-Gabriella Zahra 91), 9-Kailey Willis (7-Lexine Farrugia 87), 10-Maria Farrugia, 21-Haley Bugeja (13-Maya Lucia 35) – Coach: Manuela Tesse
IRLANDA TA’ FUQ: 1-Jacqueline Burns, 2-Rebecca McKenna, 6-Laura Rafferty, 15-Rebecca Holloway, 4-Rachel Dugdale, 16-Nadene Caldwell, 5-Brenna McPartlan, 10-Keri Halliday (11-Danielle Maxwell 86), 22-Casey Howe (14-Lauren Wade 86), 21-Kerry Beattie, 18-Louise McDaniel (17-Joely Andrews 70) – Coach: Tanya Oxtoby
REFEREE: Cansu Tryak (Turkija)
ASS. REFEREES: Sedef Aktan, Merve Turan (Turkija)
RABA’ UFF: lek Dakan (Turkija)
SKORERS: E. Lipman 9 og, K. Beattie 80 (I)
AMMONITI: C. Zammit, E. Xuereb (M)