Saturday, November 16, 2024

Football tan-Nisa: Rebħa faċli mill-Italja fuq Malta

Aqra wkoll

ITALJA ………5     

MALTA ………0

F’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet f’Ruma, it-team naz­zjonali Taljan tan-nisa għeleb lil dak Malti bl-iskor ta’ 5-0 fejn il-players tagħna kkrollaw lejn it-tmiem.

Qabel il-partita il-viċi-president tal-MFA, Dr Maria Az­zopardi, u s-Segretarju Ġenerali,  Dr Angelo Chetcuti ppreżentaw memento lill-captain Charlene Zammit hekk kif proprju din il-partita mmarkat il-100 waħda tagħha bil-flokk Malti.

Kienu t-Taljani li ħarġu fuq l-offensiva u fir-raba’ minuta, xutt ta’ Chiara Beccari ġie salvat tajjeb minn Ebejer.

Iżda tliet minuti wara, l-Azzurre fetħu l-iskor minn CRISTIANA GIRELLI li kkonkludiet bir-ras mill-cross ta’ Emma Severini. 

Fit-32 minuta, cross-shot ta’ Beccari ġie interċettat tajjeb minn Ebejer. Fid-49 minuta, il-Maltin ħolqu l-ewwel attakk bix-xutt ta’ Nicole Sciberras jiġi salvat mill-goalkeeper, Laura Giuliani.  

L-Italja wieġbu minuta biss wara permezz ta’ Benedetta Glionna li falliet il-mira. Fid-59 minuta, Ebejer wettqet żewġ saves brillanti fuq tentattivi ta’ Agnese Bonfantini.

Fis-65 minuta, l-Italja fallew okkażjoni faċli meta minn taħt il-lasti, Valentina Giacinti, xeħtet għoli.  

Peró, fid-79 minuta, it-Taljani rduppjaw meta Severini xeħtet cross fil-baxx fid-direzzjoni ta’ SOFIA CANTORE li kienet pronta titfa’ l-ballun għal ġewwa.

Fil-85 minuta, it-Taljani skorjaw it-tielet goal meta BENEDETTA GLIONNA permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin għebet lill-goalkeeper sostituta, Raisa Costantino.

U żewġ minuti wara, komplew ikabbru l-vantaġġ permezz ta’ auto-goal ta’ Mariah Cardona.

Dan il-goal kompla jiddemoralizza lill-players tagħna bil-konsegwenza li fid-89 minuta, it-Taljani ssiġillaw ir-reb­ħa b’xutt ta’ SOFIA CANTORE minn barra l-kaxxa.

Italja: 1-Laura Giuliani, 13-Elisa Bartoli (24-Maria Filangeri 19), 19-Martina Lenzini (3-Lucia Di Guglielmo 46), 23-Julie Piga, 2-Angelica Soffia, 15-Benedetta Glionna, 16-Giada Greggi (18-Eva Schatzer 62), 20-Emma Severini, 14-Chiara Beccari (25-Eleonara Goldoni 72), 8-Agnese Bonfantini (7-Sofia Cantore 71), 10-Cristiana Girelli (9-Valentina Giacinti 62) – Coach: Andrea Soncin

Malta: 23-Patricia Ebejer (1-Raisa Costantino 82), 18-Emma Xuereb, 16-Charlene Zammit, 4-Emma Lipman (6-Valentina Rapa 76), 9-Alishia Sultana, 17-Brenda Borg, 20-Nicole Sciberras, 14-Shona Zammit (15-Veronique Mifsud 76), 21-Haley Bugeja (8-Lexine Farrugia 88), 11-Kailey Willis (7-Ylenia Carabott 88), 10-Maria Farrugia (3-Mariah Cardona 82) – Coach: Manuela Tesse

Referee: Ioanna Allayiotou (Ċipru)

Ass. Referees: Despina Demosthenous, Athena Angelicki (Ċipru)

Raba’ Uffiċjal: Alicia Gagliardi (Italja)

Skorers: C. Girelli 7, S. Cantore 79, 89, B. Glionna 85, M. Cardona  87 o.g. (I)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport