It-tim nazzjonali Malti tan-Nisa ta’ taħt id-19-il sena sofra telfa minima hekk kif lagħab kontra Catania f’partita ta’ ħbiberija internazzjonali fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.
L-ewwel taqsima, għalkemm bla gowls, kienet iddominata mill-Maltin b’xi ċansijiet li għaddew ftit barra. Eżatt wara tliet minuti logħob l-ospiti kellhom l-ewwel cans ta’ skor meta Ileana Farrugia għaddiet il-ballun lejn Yulya Carella, li x-xutt tagħha għadda barra. Fl-għaxar minuta mill-bidu, Catania kellhom corner dirett li ġie salvat minn Justyne Caruana mingħajr tbatija.
Żewġ minuti wara Cortis kellu cross shot salvat mill-goalkeeper ta’ Catania Puglisi. Fl-24 minuta, xutt ta’ Carella għadda barra u ma ħoloq l-ebda periklu għal Puglisi ta’ Catania.
Minuta wara l-ftuħ tat-tieni taqsima l-ospiti kellhom iċ-ċans li jiftħu l-iskor meta Carella kellha xutt mill-viċin li ġie salvat minn Puglisi ta’ Catania. Catania skurjaw il-gowl tar-rebħa fit-58 minuta. meta Beatrice Enza Vitale rċeviet il-ballun minn corner u tefgħet il-ballun fix-xibka.
Fil-81 minuta Carella resqet viċin li tikseb il-goal tad-draw għal pajjiżna iżda x-xutt tagħha minn quddiem il-goalkeeper Puglisi għadda ftit barra. Fl-aħħar minuti, xutt ta’ Alexandra Gatt għal pajjiżna ġie salvat b’diffikulta f’corner mill-goalkeeper ta’ Catania, Puglisi.
Malta U19:
Justyne Caruana, Isabella Camilleri, Georgiana Mifsud, Reagan Mallia, Ileana Farrugia, Kayah Abela Sciberras, Francesca Bartolo, Alexandra Gatt (C), Yulya Carella, Lexine Farrugia, Martina Cortis
Kowċ: Frank Schembri
Catania U19:
Anna Giada Puglisi, Luana Pietrini, Marzia Chirico’, Christina Lanteri, Chiara Fiorile, Anna Zappala’, Maria L. Virginia Basilotta, Maria Di Stefano, Enza Beatrice Vitale, Vittoria Musumeci, Desiree Suriano
Kowċ: Giuseppe Scotto
Referee: Joanna Vassallo (Malta)