Ir-Royal Malta Yacht Club reċentement organizzat Regatta li rat tlielaq jseħħu fuq id-dinghies RS Quest. Din it-tip ta dgħajsa qed tikber fil-popolarità minħabba l-aċċessibbiltà tagħha.
Imfassla biex tgħaqqad familji u ħbieb f’ambjent ta’divertenti u inklużiv, ir-regatta enfasizzat dan, mingħajr ma ċediet mill-ispirtu kompetittiv li jqanqal id-dixxiplina tal-ibburdjar. Il-parteċipazzjoni ta’ baħħara b’esperjenza ma dawk ġodda jew t’inqas esperjenza ħolqot dinamika attiva, bl-enerġija fuq l-ilma tkun riflessa wkoll fl-appoġġ minn spettaturi li segwew l-azzjoni mix-xatt.
Minħabba r-rispons qawwi, l-parteċipanti ġew mqassma fiż-żewġ gruppi. L-ewwel fażi tar-regatta, li nżammet fuq firxa ta’jumejn, kienet magħmula minn serje ta’ tlielaq ta’ kwalifikazzjoni, fejn l-ewwel tlett timijiet minn kull grupp avvanzaw għas-Serje Finali. Il-bqija tal-parteċipanti kkompetew fis-Serje ta’ Konsolazzjoni.
Fl-ewwel Grupp, Sebastian u Olivia Ripard – li f’eta ta’ sitt snin kienet l-iżgħar parteċipanta –rebħu tmien tlielaq minn għaxra. Warajhom ġew Jake Azzopardi u Michaela Gauci Borda, li bil-konsistenza tagħhom kisbu t-tieni post b’10 punti. Camille Legroux u Seda Shahmuradyan kisbu t-tielet post b’17-il punt.
Fit-tieni Grupp, Gary Mercieca u Clara Farrugia spiċċaw b’18-il punt, b’distakk ta’ punt biss quddiem Luca Schembri Meli u Roberta Farrugia li ġew fit-tieni post b’19-il punt. Vinicius Degrave u Nicole Zemoz temmew fit-tielet post b’21 punt.
Fis-Serje Finali, Luca Schembri Meli u Roberta Farrugia ħadu l-unuri ewlenin, fejn temmew b’żewġ rebħiet u raba post. Sebastian u Olivia Ripard spiċċaw fit-tieni post, tliet punti warajhom, filwaqt li Gary Mercieca u Clara Farrugia ġew fit-tielet post, punt warajhom.
Fis-Serje ta’ Konsolazzjoni, Peter u Karen Micallef kisbu r-rebħa, u temmew tliet punti quddiem Claudio Bugeja u Chiara Scerri Herrera li spiċċaw fit-tieni post.
It-trofej tqassmu waqt serata ta’ premjazzjoni li saret fir-Royal Malta Yacht Club, fejn Mark Vella, Teżorir tal-Club ippreżenta l-premjijiet.
“Ninsabu soddisfatti ħafna bir-riżultat ta’ din ir-Regatta. Dan il-format huwa relattivament ġdid għall-Club u kien ta’ kuraġġ naraw rispons daqshekk tajjeb. ” qal Adrian Gauci Borda, Rear Commodore (Sailing) tal-RMYC. “Dan il-format ippermetta lill-parteċipanti kollha jieħdu sehem f’numru tajjeb ta’ tlielaq, irrispettivament mill-grupp finali tagħhom.”
Il-Club radd ħajr lill-Uffiċjal tat-Tlielaq Adrian Gauci Borda u lit-tim tiegħu: Michelle Caruana, Carina Galicka, Manuel Gatt, u Neity Maddock.