Hekk kif saret konferenza stampa lejliet il-ġranet tal-provi tal-Grand Prix tal-Istati Uniti, is-sewwieq Carlos Sainz feraħ lil Max Verstappen tat-titlu li għadu kemm kiseb u ammetta li dan tal-aħħar kien l-iktar wieħed konsistenti tul din is-sena 2022.
Sadanittant it-titlu tal-kostrutturi għadu ma ingħatax u bħalissa hemm ġlieda tajba bejn il-Ferrari u r-Red Bull sabiex jieħdu dan it-titlu li xorta waħda hu prestiġġjuż.
Sainz għalaq billi qal li issa li t-titlu tas-sewwieqa ġie mirbuħ, it-tim tiegħu se jkunu qed jippruvaw it-tyres għas-sena 2023 sabiex ikunu iktar preparati għal Grand Prix tal-istaġun li ġej.