Sunday, December 29, 2024

Formula 1: Fernando Alonso jibqa’ modest minkejja li kiseb l-aħjar ħin fil-provi liberi tal-Bahrain

Aqra wkoll

Minkejja li s-sewwieq Spanjol, Fernando Alonso, kiseb l-aħjar ħin fil-provi liberi tal-ewwel Grand Prix ta’ din is-sena li se jsir il-Ħadd fil-Bahrain, huwa baqa’ modest fejn ċaħad li huwa superjuri għas-sewwieqa l-oħra u b’xi mod se jibda mill-pole position. 

Is-sewwieq tal-Aston Martin kien 0.169 sekondi aktar veloċi miċ-champion tad-dinja preżenti Max Verstappen (Red Bull), li kien segwit mill-kollega tiegħu, il-Messikan Sergio Perez. 

Alonso qal: “Mhux qed naħseb daqshekk għoli. Ma nafx eżattament liema pożizzjoni tkun waħda tajba għalina. Peró, irrid naħdmu biex niksbu l-ewwel pole position fl-ewwel tiġrija tal-istaġun. 

Id-darbtejn champion tad-dinja eskluda wkoll li se jiġġieled għat-titlu mondjali fl-2023.

Alonso, li ngħaqad ma’ Aston Martin għal dan l-istaġun wara sentejn mat-team ta’ Alpine, kellu wirja mill-aqwa fejn uża l-esperjenza tiegħu f’kull livell waqt il-prova tiegħu. 

Huwa kien l-aktar veloċi meta rreġistra ħin ta’ minuta u 30.907 sekondi. 

It-team tal-Mercedes jidher li se jkollu staġun diffiċli hekk kif iż-żewġ sewwieqa tiegħu, il-Britanniċi Lewis Hamilton u George Russell, spiċċaw fit-tmien u fit-13-il post rispettivament. 

Ekonomija

Sport