Friday, December 13, 2024

Formula 1: Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Kanada

Aqra wkoll

Max Verstappen tar-Red Bull żamm l-isfida tard minn Carlos Sainz tal-Ferrari biex rebaħ il-Grand Prix tal-Kanada. It-tnejn bdew l-aħħar 15-il dawra ras imb’ras wara safety car tard iżda, minkejja pressjoni qawwija minn Sainz, Verstappen żamm b’tyres iktar qodma.

Lewis Hamilton u George Russell kisbu t-tielet u r-raba’ postijiet għal Mercedes hekk kif Charles Leclerc tal-Ferrari rkupra għall-ħames post wara li beda mill-aħħar wieħed.

B’hekk Verstappen kabbar il-vantaġġ tiegħu fil-kampjonat fuq Leclerc għal 49 punt.

Sergio Perez tar-Red Bull jibqa’ fit-tieni post minkejja li rtira mit-tiġrija bi problemi fil-magna, iżda jinsab biss tliet punti vantaġġ minn Leclerc.

Verstappen u Sainz bdew kontinwament jiġur wara xulxin matul tiġrija karatterizzata minn żewġ safety cars virtwali minbarra s-safety car finali.

Red Bull poġġew lil Verstappen taħt l-ewwel VSC fid-disa’ dawra, ikkawżata meta Perez ħareġ, filwaqt li Sainz baqa’ barra, qabel ma aktar tard l-Ispanjol waqaf taħt it-tieni 11-il dawra wara, ikkawżata mill-Haas ta’ Mick Schumacher li waqaf fil-korsa.

Dan waqqaf tiġrija definita minn tibdil kontinwu tat-tyres, b’Sainz jagħlaq bil-mod fuq Verstappen permezz tat-tieni perjodi tagħhom qabel ma l-Olandiż waqaf għat-tieni darba fit-43 dawra.

Is-sewwieq tal-Ferrari kellu vantaġġ tat-tyre ta’ sitt dawriet fuq Verstappen għall-aħħar dritta finali iżda ma setax jersaq qrib biżżejjed tar-Red Bull biex jagħmel attakk, minkejja li segwa ftit aktar minn sekonda għall-aħħar 15-il dawra kollha.

Verstappen żamm sod għall-ħames rebħa tiegħu f’sitt tiġrijiet, is-sitt rebħa konsekut­tiva ta’ Red Bull, u s-sitt rebħa tiegħu stess f’disa’ tiġrijiet dan l-istaġun biex ikompli jsaħħaħ il-vantaġġ tal-kampjonat li qed isir dejjem aktar konvinċenti għalih.

Issa hemm waqfa ta’ ġimagħtejn qabel il-Grand Prix Brtitannika f’Silverstone, fejn il-Ferrari verament għandhom bżonn iwaq­qfu l-momentum tar-Red Bull bil-korsa għandha tixraq aħjar lill-Mercedes.

Klassifika tas-sewwieqa: 1. Max Verstappen (Red Bull) 175 punti; 2. Sergio Perez (Red Bull) 129; 3. Charles Leclerc (Ferrari) 126; 4. George Russell (Mercedes) 111; 5. Carlo Sainz (Ferrari) 102; 6. Lewis Hamilton (Mercedes) 77.

Ekonomija

Sport