Saturday, December 21, 2024

Formula 1: Max Verstappen jirbaħ il-pole position tal-ewwel Grand Prix ta’ din is-sena

Aqra wkoll

Iċ-champion Max Verstappen kompla fejn ħalla l-istaġun li għadda hekk kif rebaħ il-pole position tal-ewwel Grand Prix ta’ din is-sena li proprju se jingħata bidu llum fil-Bahrain.  

L-Olandiż kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali meta rreġistra minuta u 29.708 sekondi … kien segwit mill-kollega tiegħu, il-Messikan Sergio Perez, biex taw indikazzjoni li r-Red Bull se jerġgħu jiddominaw il-kampjonat tal-Formula Wieħed. 

Mit-tielet post se jibda s-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari), quddiem sieħbu tal-istess team, l-Ispanjol Carlos Sainz. 

Fernando Alonso, li fil-provi liberi tal-Ġimgħa kiseb l-aħjar ħin, kompla jimpressjona hekk kif se jibda mill-ħames post quddiem iż-żewġ sewwieqa Britanniċi tal-Mercedes George Russell u Lewis Hamilton rispettivament. 

Jidher li t-team tal-Mercedes mhux se jkun fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tat-titlu fejn Hamilton diġá antiċipa li bil-karozza li għandu mhux se jkollu staġun tajjeb minħabba l-fatt li waqt it-testijiet li saru qabel il-kampjonat ma kinetx għall-altezza tagħha. 

Ekonomija

Sport