It-tim Mercedes ammettew li ħadu d-deċiżjoni l-ħażina waqt il-Grand Prix tal-Messiku għalkemm insistew li għamlu dak kollu possibbli sabiex joħorġu bl-aqwa strateġija possibbli.
The Silver Arrows, kif inhuma msejħa, kienu mistennija jagħtu sfida lir-Red Bull b’George Russell u Lewis Hamilton li bdew fit-tieni u t-tielet pożizzjoni minn wara l-grid. Minkejja kollox, kien Verstappen li kiseb 15-il sekonda vantaġġ sabiex rebaħ dan il-Grand Prix.
Minkejja kollox, bosta kritiċi tal-Formula 1 sostnew li l-għażla tat-tyres tal-Mercedes xejn ma kienet tajba u dan kollu kkontribwixxa għar-rebħa ta’ Red Bull.