Friday, November 15, 2024

Formula Wieħed: Min se jwaqqaf lir-Red Bull?

Aqra wkoll

Fil-Grand Prix tal-Arabja Sawdija, kien il-Messikan Sergio Perez li ħareġ rebbieħ f’dik li d-direttur tar-Red Bull,  Christian Horner, sejjaħ li din kienet l-aqwa tiġrija tiegħu biex lil sieħbu Max Verstappen milli joħroġ rebbieħ.

Iżda dak li kien jimporta nhar il-Ħadd li għadda kienet indikazzjoni kbira li r-Red Bull se jiddominaw il-kampjonat ta’ dan l-istaġun. 

Kienet konferma aktar minn sorpriża, għax il-vantaġġ tar-Red Bull kien ovvjament kbir fit-tiġrija tal-ftuħ tal-istaġun fil-Bahrain, ġimgħatejn ilu. Iżda biex jiġri dan xi kultant trid tgħinek il-fortuna. 

Is-safety car għalqet id-distanza biex tat iċ-ċans lil Verstappen jisfida għar-rebħa li sa dak il-ħin kienet xi ftit diffiċli għalih meta beda mill-15-il post minħabba li fil-provi uffiċjali sofra minn ħsara teknika. 

Eventwalment it-tiġrija, bħal dik tal-ewwel waħda, kienet dominata miż-żewġ sewwieqa tar-Red Bull bl-avversarji jkollhom jikkuntentaw li jidħlu warajhom … bl-Ispanjol, Fernando Alonso (Aston Martin) itemm fit-tielet pożizzjoni …. b’distakk 20.728 sekondi. 

Ekonomija

Sport