L-ex champion tad-dinja tal-Formula Wieħed, Sebastian Vettel, ħabbar li fi tmiem l-istaġun se jirtira.
Is-sewwieq Ġermaniz ta’ 35 sena, fil-karriera tiegħu rebaħ erba’ kampjonat filwaqt li kiseb 53 rebħa.
Huwa ddebutta fil-Formula Wieħed f’nofs l-istaġun 2007 fejn l-aqwa snin tiegħu kienu mat-team tar-Red Bull.
Huwa qal: “Wara mumenti ta’ riflessjoni, iddeċidejt li nieqaf. Kienet deċiżjoni diffiċli iżda nemmen li wasal iż-żmien għalija biex nieqaf. Illum jiena missier u għaldaqstant irrid inqatta’ aktar ħin mal-familja tiegħi.
Huwa qal: “Dan mhuwiex il-mument biex ngħid saħħa … iżda huwa l-mument biex ngħid grazzi lil kulħadd li kienu involuti madwar il-karriera tiegħi nklużi l-eluf ta’ partitarji li segwewni u tawni l-appoġġ.”