Aktar kmieni għall-ħabta tas-5:45 p.m., meta l-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet splużjoni fi Triq l-Isptar San Ġiljan fil-Fontana.
Fuq il-post, b’mod immedjat marruil-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukol tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Jirriżulta li fil-ħin tal-isplużjoni fl-appartament kien hemm żewġ persuni ta’ nazzjonalità barranija. Dawn inħarġu bl-għajnuna tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u anke mill-ħaddiema tal-emerġenza tal-Isptar.
Sorsi informati qalulna illi sa issa jidher illi nstab il-qigħ taċ-ċilindru li sploda u bħalissa għaddejja tfittxija biex jinstab il-biċċa l-oħra però l-indikazzjonijiet huma li tar diversi metri l’ bogħod