Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar li forza navali sinifikanti tal-Istati Uniti sejra lejn l-ibħra Iranjani.
Huwa enfasizza li jippreferi jevita l-kunflitt iżda qed josserva l-Iran “mill-qrib ħafna”.
Ħafna qegħdin iqisu din bħala provokazzjoni u li Trump lest iwettaq attakki kbar fuq l-Iran bit-tama li jitneħħa r-reġim mill-poter.
Iżda l-istess analisti li tkellmu mal-midja internazzjonali qalu li jekk isir attakk fuq l-Iran, ir-reġim żgur li se jwettaq attakki kbar fuq Iżrael u interessi Amerikani oħrajn fil-Lvant Nofsani.

