Sunday, December 22, 2024

Forzi Iżraeliti jwettqu rejd qawwi fuq grupp ta’ Palestinjani armati

Aqra wkoll

Il-forzi ta’ Iżrael wettqu rejd qawwi fuq grupp armat fix-Xatt ta’ Punent, fejn qerdu laboratorju li fih allegatament kien isir l-isplussiv u anke kienu involuti f’konfrontazzjoni diretta permezz ta’ armi tan-nar. Skont il-Ministeru tas-Saħħa Palestinjan b’kollox kien hemm ħames Palestinjani li tilfu ħajjithom u 20 sofrew ġrieħi. 

Dan ir-rejd sar ġewwa l-belt antika ta’ Nablus u qiegħed ikun meqjus bħala l-iktar wieħed imdemmi li seħħ fix-Xatt ta’ Punent matul din is-sena. Dan seħħ fi żmien meta t-tensjoni f’din il-parti tal-pajjiż qiegħda kulma jmur tiżdied. 

Fil-mira ta’ dan ir-rejd kien hemm grupp ta’ Palestinjani armati li jsejħu lilhom infushom bħala l-Għar tal-iljuni. Allegatament dan il-grupp kien responsabbli għall-qtil riċenti ta’ suldat Iżraelit u għal numru ta’ attentati ta’ attakki. Il-ħames persuni li nqatlu għandhom bejn 20 u 30 sena, u dawk feruti jinsabu f’kundizzjoni serja. 

Il-Prim Ministru Iżraelit Yair Lapid fuq l-istazzjon tar-radju Kan qal li Wadie Houh – il-kap tal-grupp imsemmi iktar kmieni – inqatel f’dan ir-rejd. Huwa qal li, “Iżrael qatt mhu se jibqa’ lura milli jaġixxi favur is-sigurtà”.

Ekonomija

Sport