Saturday, October 26, 2024

Fotografu Ġermaniż ippremjat bl-aqwa ritratt ta’ żewġ pingwini romol isabbru lil xulxin

Aqra wkoll

Ritratt: Tobias Baumgaertner

Fis-sena 2020 ġew prodotti diversi ritratti b’saħħithom u li kapaċi jirrakkuntaw storja mingħajr ma jużaw il-kliem. Iżda fost dawn kollha, ritratt miġbud minn Melbourne fl-Awstralja ġie ppremjat bħala l-aħjar ritratt ippubblikat f’rivista li titratta l-oċeani.

Il-fotografu Ġermaniż Tobias Baumgaertner f’kummenti li ta wara r-rebħ ta’ dan l-unur spjega li għamel tlett ijiem qalb din il-kolonja ta’ madwar 1,400 pingwin. Żied jgħid li ma kinitx xi ħaġa faċli meta wieħed jikkunsidra l-kundizzjonijiet li kellu jaħdem fihom. Huwa qal li minkejja li għamel tlett ijiem, iħossu fortunat li ġibed dan ir-ritratt minħabba li l-annimali kienu jiċċaqilqu kontinwament u ma setax juża dwal biex itejjeb il-kwalità tar-ritratt.

Il-fotografu qal li kollox beda meta kien avviċinat minn wieħed mill-voluntiera li jħarsu din l-ispeċi li meqjusa l-iżgħar b’daqs ta’ madwar 33 ċentimentru. Dan kien kapaċi jiddefinixxi aħjar ir-ritratt. Dawn iż-żewġ pingwini huma żewġ romol li kienu ta’ spiss jiġu nnutati jsabbru lil xulxin filwaqt li joqogħdu josservaw id-dwal tal-ibliet fiż-żona.

Sport