Friday, December 20, 2024

Fotografu jilmaħ l-iżbroff tal-Etna minn San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Minkejja li l-gżira ġara tagħna ta’ Sqallija tinsab bosta km ‘il bogħod mill-gżejjer Maltin, grazzi għall-apparat professjonali tal-fotografu Daniel Cilia, irnexxielu jaqbad iż-żewġ gżejjer flimkien.

Il-fotografu qal li huwa ġibed dan ir-ritratt ilbieraħ fid-9:48pm. mill-belveder ta’ San Pawl il-Baħar.

“San Pawl fuq il-gżira tiegħu, f’jum il-festa tiegħu, jħares lejn il-wirja spettakolari tal-‘logħob tan-nar’ tal-iżbroff tal-Maestà Tagħha l-Etna llejla,” kiteb Daniel fuq il-midja soċjali.

Din mhix l-ewwel darba li dan il-fotografu rnexxielu jaqbad dawn iż-żewġ gżejjer f’ritratt wieħed u kif diġà semmejna, dan huwa grazzi għall-apparat professjonali li juża’ biex jiġbed dawn ir-ritratti li jiġu mfaħħra minn għadd kbir ta’ nies.

Ekonomija

Sport