Sunday, December 22, 2024

F’pajjiżna qiegħed ikompli jiġi implimentat b’suċċess il-proġett ta’ New Water

Aqra wkoll

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kompliet timplimenta b’suċċess il-proġett tan-New Water madwar Malta u Għawdex li grazzi għal dan l-investiment, aktar bdiewa lokali se jgawdu minn aċċess aktar għal riżorsa tant essenzjali.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriċi u l-Iżvilupp Sostenibbli, Miriam Dalli, f’mistoqsija parlamentari li saret minn Chris Said fejn talab jekk fl-imsemmija tender kienx hemm inkluż li t-toroq kollha minn fejn se tgħaddi t-trinka tas-Second Class Water, jiġu asfaltati b’aktar minn saff wieħed u jekk humiex se jsiru gutter tal-konkos kullimkien.

Fl-infomazzjoni li tat il-Ministru Dalli qalet li b’kollaborazzjoni mal-Ministeru ta’ Għawdex, il-KSI ħarġet tender biex jitkabbar in-network tan-New Water, liema tender kien ikopri xogħolijiet ta’ trenching u reinstatement tat-toroq minn fejn sar ix-xogħol. Dan ix-xogħol kien aġġudikat għal prezz ta’ €4.2 miljun plus VAT. 

Hija żiedet li fuq talba tal-Ministeru ta’ Għawdex il-KSI aċċettat li tagħmel reinstatement tal-wiċċ sħiħ tat-toroq fejn huwa possibbli, skont il-kundizzjonijiet oriġinali tat-tender u in line mal-għan u l-limiti tat-tender. Ix-xogħolijiet fuq it-toroq se jiswew madwar €1 miljun plus VAT.

Ix-xogħolijiet huma ko-finanzjajti minn Fondi Ewropej.

Ekonomija

Sport