Monday, December 1, 2025

FRAK MILL-ISTORJA TA’ MALTA

Aqra wkoll

Ġie mniedi FRAK MILL-ISTORJA – Ħarsa minn Taħt, ktieb ġdid ta’ Evarist Bartolo minn għajnejn dawk li f’Malta kienu maħkuma, mhux minn għajnejn il-ħakkiema. Fih 80 storja, fosthom ta’ eremit li staħba f’Kemmuna; Maltin Misilmin eżiljati fi Sqallija; it-tħassib tal-Ingliżi dwar l-ewwel xandira tar-RAI f’Malta; Monsinjur Malti li ried l-ilsien Malti jinkiteb bl-Għarbi; tfal Maltin imutu ivvelenati bil-mistka; l-ewwel karozzi f’Malta; l-ewwel ajruplan li tar minn Malta; ikla soppa tal-ħaxix ta’ Agata Barbara li taffiiet il-kriżi politika tal-1981; Maltin immassakrati mill-Kavallieri fil-Kukkanja; qassis Luteran f’Malta; il-Karnival fi żmien Pinto; Malta u it-testijiet nukleari li għamlu l-Franċiżi fid-deżert tal-Alġerija fis-snin sittin.

L-awtur jitkellem dwar dawn il-ġrajjiet u ħafna aktar waqt li jagħmel distinzjoni bejn ħrejjef u leġġendi mill-fatti storiċi.

Evarist Bartolo jikkwota lill-istoriku Terry Pratchet li jgħid li “huwa importanti li nkunu nafu minn fejn ġejna, għax jekk ma tafx minn fejn ġejt, imbagħad ma tkunx taf fejn tinsab, u jekk ma tafx fejn tinsab, imbagħad ma tkunx taf fejn inti sejjer.”

FRAK MILL-ISTORJA (Pubblikazzjoni SKS) huwa illustrat b’pitturi u ritratti bil-kulur. Jinbigħ €15 mill-ħwienet tal-kotba jew mill-ħanut online www.skspublishers.com

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport