Friday, November 15, 2024

Francesco Bagnaia jirbaħ it-titlu tal-MotoGP

Aqra wkoll

It-Taljan Francesco Bagnaia ġie inkurunat champion tad-dinja tal-MotoGP wara li spiċċa fid-disa’ post fil-Grand Prix ta’ Valencia fl-aħħar tiġrijia tal-istaġun.

It-titlu jimmarka l-akbar rimonta fl-istorja tal-MotoGP hekk kif is-sewwieq tad-Ducati kien wara Fabio Quartararo b’91 punt f’nofs l-istaġun.

Quartararo ta’ Yamaha, iċ-champion tal-2021, kellu bżonn rebħa biex jegħleb il-vantaġġ ta’ 23 punt ta’ Bagnaia iżda spiċċa fir-raba’ post.

Alex Rins ta’ Suzuki rebaħ it-tiġrija quddiem Brad Binder u Jorge Martin.

“Din kienet l-aktar tiġrija diffiċli ta’ ħajti,” qal Bagnia.

“Il-missjoni tiegħi kienet li nkun mal-ewwel ħamsa, imma bdejt niġġieled wara tlieta sa erba’ dawriet, in-naħa ta’ quddiem tar-rota tiegħi kienet impossibbli li tiġi kkontrollata.

“Iżda l-iktar ħaġa importanti hija li rbaħna, aħna champions tad-dinja. Hija ġurnata tassew kbira.”

Bagnaia huwa l-ewwel Taljan li rebaħ it-titlu minn Valentino Rossi fl-2009 u huwa r-raba’ champion differenti mill-2019.

Huwa jtemm stennija ta’ 50 sena biex sewwieq Taljan jirbaħ il-kampjonat fuq rota Taljana.

Il-klassifika spiċċat hekk:

1. Francesco Bagnaia (Italja) 265 punt

2. Fabio Quartararo (Franza) 248

3. Enea Bastianini (Italja) 219

4. Aleix Espargaro (Spanja) 212

5. Jack Miller (Awstralja) 189

6. Brad Binder (Afrika t’Isfel) 188

7. Alex Rins (Spanja) 173

8. Johann Zarco (Fraza) 166

9. Jorge Martin (Spanja) 152

10. Miguel Oliveira (Portugall) 149

Ekonomija

Sport