Ir-rebħa storika li Nice kisbu kontra Paris St Germain f’Parc des Princes kienet waħda partikolari għall-kowċ Francesco Farioli li ġie magħżul bħala l-kowċ ta’ tmiem il-ġimgħa.
Wara l-wirja kbira li taw it-tim min-naħa t’isfel ta’ Franza, huma jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika, żewġ punti bogħod mill-quċċata li bħalissa hi okkupata minn Monaco.
Sadanittant Farioli faħħar il-plejers tiegħu għall-kuraġġ u l-qlubija li taw. Hu għandu 34 sena u beda jmexxi lil Nice sa mill-bidu ta’ dan l-istaġun.