Ċertament li wieħed mill-karattri li se jinħass in-nuqqas tiegħu wara li safa eliminat mit-tieni edizzjoni ta’ MasterChef Malta huwa Francesco.
Fl-aħħar episodji qabel safa eliminat b’delużjoni kbira għas-segwaċi ta’ dan il-programm, l-attenzjoni waqgħet fuq dan il-karattru li seraq is-simpatija tal-pubbliku għall-karattru ferrieħi tiegħu wara li dan wera interess f’kontestanta oħra tal-istess programm – Christina.
Għal diversi drabi, ix-chefs rinomati li jmexxu l-programm għaddew botti lejn it-tnejn u kien hemm istanzi partikolari fejn Francesco qal li kien se jieħu lil Christina għal Drink u li jekk hemm bżonn “anke tnejn jew tlieta”.
Ritratt meħud illum juri li wara l-eliminazzjoni tiegħu Francesco żamm kelmtu hekk kif dehru flimkien jieħdu d-drink li wegħda.