Tuesday, December 24, 2024

Francesco Macri jagħżel skwadra ta’ 30 player għal training camp

Aqra wkoll

Il-coach tat-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Francesco Macri, għażel skwadra ta’ 30 player għal training camp li jibda nhar it-Tnejn tal-ġimgħa d-dieħla, 8 ta’ Mejju.

Dan il-kamp ġie skedat bi tħejjija għall-partita ta’ ħbiberija li jmiss barra minn darna kontra l-Maċedonja skedata li tintlagħab nhar it-Tlieta 20 ta’ Ġunju.

Saru ħames bidliet, bi players ġodda jew players li qed jerġgħu lura fl-iskwadra mill-aħħar sejħa f’Marzu meta fuq f’dik it-tieqa, it-team anzzjonali malti ta’ taħt il-21 lagħab partita ta’ ħbiberija doppja f’daru kontra s-Slovakkja, u kiseb ukoll draw ta’ 1-1.

Dawn huma Sheldon Mizzi, Owen Sammut, Jake Grech, Owen Sciberras u Leon Borg.

L-iskwadra tat-Team Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena ta’ 30 player magħżula mill-coach Francesco Macri hija skedata li tiltaqa’ nhar it-Tnejn il-ġimgħa d-dieħla għall-ewwel drill u hija komposta minn dan il-grupp ta’ players:-

Goalkeepers – Dylan Ciappara (Santa Lucia FC), Reeves Cini (Pieta’ Hotspurs FC), Matthias Debono (Tarxien Rainbows FC), Miguel Spiteri (San Ġwann FC).

Difensuri – Isaac Cutajar (San Ġwann FC), Matthew Ellul (Hibernians FC), Zean Leonardi (Pieta’ Hotspurs FC), Sheldon Mizzi (Santa Lucia FC), Owen Spiteri (Floriana FC), James Vella (Sliema Wanderers FC).

Midfielders – Alejandro Garzia (Floriana FC), Karl Mohnani (Melita FC), Xylon Portelli (Żurrieq FC), Kurt Briffa (Pieta’ Hotspurs FC), Owen Sammut (Tarxien Rainbows FC), Nikolai Micallef (Tarxien Rainbows FC), Nathan Agius (Mosta FC), Kurt Bondin (Żebbuġ Rangers FC), Jake Grech (San Ġwann FC), Matthew Debattista (Melita FC), Owen Sciberras (Birkirkara FC), Gianluca Sciberras (Mosta FC).

Attakkanti – Jamie Carbone (Santa Lucia FC), Jake Engerer (Sliema Wanderers FC), Dale Mifsud (Marsaxlokk FC), Matthew Mifsud (Ħamrun Spartans FC), Jed Valletta (Birkirkara FC), Mattia Veselji (Floriana FC), Andrea Zammit (Valletta FC), Leon Borg (Ħamrun Spartans FC).

Ekonomija

Sport