Il-Coach ta’ Malta U17 Francesco Macri ħabbar l-iskwadra ta’ 20 plejer għall-Kwalifiki tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt is-17-il sena li se jkunu qed isiru hawn Malta.
Malta se tibda l-kampanja tagħha kontra l-Ingilterra fl-24 ta’ Ottubru fis-Centenary Stadium, bil-kick-off fil-11.00am.
L-iskeda għal-logħbiet l-oħra ta’ Malta hija kif ġej:
Żvezja v Malta – Il-Ħadd, 27 ta’ Ottubru – Centenary Stadium, Ta’ Qali – Kick-off fis-2.30pm
Malta v Latvja – L-Erbgħa, 30 ta’ Ottubru – Centenary Stadium, Ta’ Qali – Kick-off fil-11:00am
L-iskwadra ta’ 20 plejer magħżula mill-Coach Francesco Macri hija din:
Goalkeepers – Jayden Farrugia (Mosta FC), Adam Newell (Pieta’ Hotspurs FC).
Difensuri – Emerson Meilak (Valletta FC), Ben Gaerty (St Andrews FC), James Liam (Valletta FC), Sami Abo Assaf (Pieta’ Hotspurs FC), Andreas Vella (Melita FC), Kayden Zerafa (Pieta’ Hotspurs FC), Drew Micheli (Floriana FC), Gianluca Cauchi (St Andrews FC), Keerin Formosa (Valletta FC)
Midfielders – Jack Camilleri (St Andrews FC), Daniel Pawley (Melita FC), Zyas Vella Newell (Floriana FC) Scott Camilleri (Hamrun Spartans FC), Matteas Caruana (Birkirkara FC),
Forwards – Matteo Paolo Grech (Melita FC), Gunner Elliott (Chesterfield FC), Ethan Brincat Winters (St Andrews FC), Jaylen Zarb (Pieta’ Hotspurs FC).
Biljetti għal dawn il-logħbiet jistgħu jinxtraw online minn tickets.mfa.com.mt, il-logħbiet se jkunu diretti wkoll fuq TVMSPORT+ u l-Malta FA YouTube Channel.