Thursday, August 7, 2025

Kunsilliera Nazzjonalista fis-Siġġiewi tinżamm arrestata fuq allegat frodi ta’ €2.4 miljun fl-MCAST

Aqra wkoll

Il-Kunsilliera Nazzjonalista fiis-Siġġiewiu eks kandidata tal-istess partit fl-aħħar elezzjoni ġenerali Francine Farrugia inżammetarrestata. 

Dan wara li tressqet il-Qorti b’rabta ma’ każ ta’ frodi li jammonta għal madwar €2.3 miljun. 

Farrugia kienet taħdem bħala manager fil-qasam tal-finanzi u kif ukoll bħala manager fid-dipartiment tal-accounts fl-MCAST. Hija tinsab akkużata bi frodi u li użat flejjes tal-Gvern għall-benefiċċju tagħha jew xi persuni oħra. 

Jirriżulta li l-flus intużaw biex inxtrat proprjetà u karozzi, waqt li aktar minn €100,000 intefqu fil-ħanut lussuż ta’ Harrods f’Londra. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Wayne Rodney Borg spjegat li bħala manager fid-dipartiment tal-pagi tal-MCAST, kellha aċċess fil-pagi.

Ingħad li f’episodju minnhom, Francine Farrugia għaddiet lilha nnifisha s-somma ta’ €422,420 fil-kont bankarju tagħha.  Minbarra hekk, id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet għar-Reati Finanzjarji kkonferma li Farrugia għaddiet is-somma ta’ €1.9 miljun fil-kont tagħha ta’ Revolut. 

Il-Prinċipal tal-kulleġġ ġie informat bil-każ f’Lulju li għadda, fl-istess xahar li kien mistenni jsir pagament ieħor ta’ €122,000 oħra. Fl-investigazzjoni tagħha, il-Pulizija kkonfermat li Farrugia wkoll xtrat diversi proprjetajiet, vetturi, ħwejjeġ u affarijiet ta’ lussu. 

Farrugia ġiet arrestata fl-MCAST, waqt li l-Pulizija marret ukoll fir-residenza tagħha fejn ukoll sabu kollezzjoni impressjonanti ta’ ħwejjeġ, giżirajjen, handbags u nuċċalijiet, ilkoll tad-ditti. Fost l-oħrajn, giżirana partikolari nstab li kienet tiswa iżjed minn €5,000. 

Instabu wkoll iżjed konvenji ġodda li l-Pulizija lanqas kienu jafu bihom qabel, waqt li feġġ pagament ta’ €200,000 lil nutar mir-Revolut. Quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia, Francis Farrugia wieġbet mhux ħatja għall-akkużi kollha. 

Id-Difiża mmexxija mill-Avukat Peter Fenech għamel talba, f’isem il-kunsilliera Nazzjonalista akkużata, biex ikun hemm divjett fuq isimha, iżda t-talba ma ntlaqgħetx mill-Maġistrat fejn spjegat li hi ma tistax tiċċensura lill-midja fuq kif jiġi rrapportat il-każ. 

L-avukat tal-establishment Nazzjonalista wkoll għamel talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba l-biża’ tal-intralċ tal-provi u aktar ċaqliq ta’ flus, waqt li għad fadal isiru aktar tfittxijiet fil-proprjetajiet ta’ Farrugia. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijet kollha, il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ ħelsien mill-arrestat u ordnat lill-Pulizja biex isiru l-investigazzjonijiet kollha neċessarji. 

Aktar kmieni: Francine Farrugia … kunsilliera tal-PN fil-Qorti fuq allegat ta’ frodi ta’ €2.3 miljun

Il-Kunsilliera Nazzjonalista għal lokalità tas-Siġġiewi Francine Farrugia se titressaqi l-Qorti b’rabta ma’ każ ta’ frodi li allegatament kien jammonta għal xejn inqas minn €2.3 miljun. 

Hija se tkun qiegħda tidher quddiem il-maġistrat Nadine Sant Lia. Midja lokali rraputat li l-akkużi li se tkun qed taffaċċja Farrugia jjinkludu frodi, miżapproprjazzjoni ta’ fondi, ħasil ta’ flus, użu ħażin ta’ mezzi informatiċi. 

Farrugia, li fl-imgħoddi wkoll kienet Kelliema tal-PN għall-Edukazzjoni, kienet ikkontestat l-elezzjoni ġenerali tal-2022 fuq il-Ħames u s-Sitt Distrett, iżda ma ġietx eletta. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport