Saturday, December 21, 2024

Francis Zammit Dimech jirreferi l-MŻPN lill-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Mezzi Soċjali

Aqra wkoll

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech se jkun qed jirreferi l-MŻPN lill-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Mezzi Soċjali minħabba ksur ta’ direttiva diskussjonijiet dwar il-qagħda preżenti tal-Partit isiru internament fl -organi interni tal-Partit stess.

Zammit Dimech għamel referenza għall-filmat tal-MŻPN li huma xerrdu fuq il-midja soċjali, u qal li d-direttiva maħruġa minnu kienet ikkomunikata wkoll lilhom.

Huwa żied jgħid li wara li l-MŻPN ħarġu l-istqarrija u l-filmat, huwa għamel komunikazzjoni mal-Eżekuttiv tal-fergħa biex dawn jirtirawhom, madankollu dan baqa’ ma sarx. Dan wasslu biex jirreferi l-każ lill-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Mezzi Soċjali għall-konsiderazzjoni tal-istess Kummissjoni mwaqqfa skont l-iStatut il-ġdid tal-Partit li kien approvat unanimament fil-ġimgħat li għadda.

Ekonomija

Sport