Friday, May 23, 2025

Franċiż bi ġrieħi gravi wara li waqa’ f’xaft ġewwa Tas-Sliema

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tan-12:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi blokk ta’ appartamenti fi Triq Milner, Tas-Sliema. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Franċiż ta’ 27 sena waqa’ fix-xaft tal-appartament fejn jgħix, għoli ta’ madwar tliet sulari. 

Ir-raġel waqa’ wara li pprova jaqbeż minn parti għall-oħra tax-xaft, minħabba li kien issakkar barra. Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport