Saturday, October 26, 2024

Franċiż imut f’Ħondoq ir-Rummien wara li waqa’ minn fuq jet ski

Aqra wkoll

Franċiż li għandu 27 sena, tilef ħajtu traġikament hekk kif allegatament waqa’ minn fuq jet ski hekk kif kien fl-inħawi ta’ Ħondoq ir-Rummien fil-Qala Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li għall-ħabta tas-1.30pm il-pulizija tad-Distrett t’Għawdex kienu nformati mill-Isptar li f’Ħondoq ir-Rummien kien hemm persuna mitlufa minn sensija.

Jirriżulta li l-Franċiż kien qed fuq il-jet ski flimkien ma’ tfajla li għandha 25 sena. Għal xi raġuni huma spiċċaw fil-baħar u kienu persuni li kienu fuq dinghy fl-inħawi li ndunat bihom. Is-sidien tad-dinghy resqu lejn dawn il-persuni biex jassistuhom.

Huma ċemplu mill-ewwel għall-għajnuna hekk kif kien jidher ċar li l-ġuvni kien mitluf minn sensieh. Fuq il-post marret ambulanza bl-infermieri fejn bdew jassistu lill-ġuvni. Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, iżda ftit tal-ħin wara ġie ċċertifikat mejjet.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Bridget Sultana.

Il-pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjoni u mistennija wkoll jitkellmu mat-tfajla li kienet miegħu fuq il-jet ski.

Sport