Franċiż ta’ 29 sena residenti r-Rabat, għall-ħabta tas-6.30am, ittieħed l- Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħaġar Qim, il-Qrendi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti l-Qrendi, u mutur Peugeot Tweet misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.