Franċiż ta’ 33 sena tressaq il-Qorti b’rabta ma’ serqa ta’ life jackets minn fuq titjira. Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roxanne Tabone spjegat li mal-inżul ta’ bejn Lyon fi Franza u Malta, l-imputat allegatament daħħal idu taħt is-siġġu u seraq żewġ life jackets.
Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, l-imputat Tangui Clement Pinçon wieġeb li huwa ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Min-naħa tiegħu l-avukat ta’ Pinçon spjega li l-imputat iddspjaċih għal dak li għamel u li rrittorna l-life jackets lura lill-Pulizija.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet il-Maġistrat Grima sabitu ħati u kkundannatu għal sentejn priġuneriija sospiżi għal erba’ snin. Hija ordnat biex iħallas €770 lil KM Malta Airlines.
Saħqet li l-pajjiż ma jistax jittollera li jiġu nies barra mill-pajjiż u jpoġġu l-ħajjiet ta’ nies oħra fil-periklu.