L-attakkant mill-Kosta tal-Avorju Franck Kessie wettaq it-testijiet mediċi ma’ Al Ahly u għalhekk hu lest li jilgħab fis-Saudi Pro League fl-Arabja Sawdija.
L-eks plejer ta’ Atalanta u AC Milan hu ħerqan li jibda din l-avventura ġdida bid-diriġenti ta’ Al Ahly li ftiehmu ma’ dawk ta’ Barcellona. Fil-fatt ma’ dawn tal-aħħar hu għamel biss sena u bħal donnu mhux li tant kien għal qalbu.
Kessie mistenni jiġi ppreżentat minn Al Ahly lejn l-aħħar ta’ din il-ġimgħa.