Thursday, December 26, 2024

Franck Kessie sarlu l-eżami mediku ma’ Barcelona?

Aqra wkoll

Qed jingħad li Franck Kessie diġà sarlu l-eżami mediku f’Barcelona u ffirma l-kuntratt, u għalhekk l-esperjenza tiegħu f’Milan se tintemm fit-30 ta’ Ġunju.

Il-midfielder irrifjuta li jaqbel dwar estensjoni fil-club attwali tiegħu u kien ċar għal ħafna xhur li kien se jitlaq bħala aġent ħieles.

Filwaqt li clubs tal-Premier League u ta’ Ligue 1 kienu interessati, fosthom Arsenal, Liverpool, Manchester United, Tottenham Hotspur u Paris St-Germain, huwa jidher ċert li sejjer ma’ Barcelona.

L-internazzjonali tal-Ivory Coast għadda tajjeb u mbagħad iffirma l-kuntratt, maħsub li jiswa €6.5 miljuni kull staġun flimkien ma’ żiediet oħra għal erba’ snin.

Dak huwa bejn wieħed u ieħor l-istess sa­larju li Milan kienu ipproponew, iżda d-differenza hija li l-aġent ta’ Kessie se jirċievi kummissjoni enormi għas-senserija tat-trasferiment.

Ekonomija

Sport