Franck Ribery jista’ jibqa’ jilgħab fis-Serie A, minħabba li l-free agent jinsab f’negozjati ma’ Hellas Verona.
Ir-rabta kienet diġà ssemmiet aktar kmieni lbieraħ, b’Ribery jikkunsidra proposti kemm minn Verona kif ukoll mill-club Tork, Karagumruk.
L-iskadenza tat-trasferimenti għaddiet fis-Serie A, iżda l-players xorta jistgħu jiffirmaw għal clubs jekk ikunu free agents.
Ribery ma ġiex offrut kuntratt ġdid ma’ Fiorentina u l-ftehim tiegħu skada fit-30 ta’ Ġunju, għalkemm kien qal li kien ħerqan li jibqa’ l-Italja wara sentejn fi Stadio Franchi.
Il-player ta’ 38 sena issa qiegħed ġenwinament ixaqleb lejn esperjenza ġdida ma’ Hellas Verona, fejn jista’ jiffirma kuntratt ta’ sena mat-team tas-Serie A li jilgħab fi Stadio Bentegodi.
Ribery għamel 29 dehra fis-Serie A għal Fiorentina fl-istaġun li għadda, b’żewġ goals u seba’ assists.
Verona kienu attivi ħafna fil-ġurnata tal-iskadenza tat-trasferimenti, u biegħu lil Mattia Zaccagni lil Lazio u akkwsiatw lil Gianluca Caprari b’self mingħand Sampdoria.