Saturday, December 21, 2024

Franco Debono jgħid li ironika kif Gonzi ngħaqad mar-ribelli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks-deputat Nazzjonalista Franco Debono irrimarka li huwa ironiku kif l-eks-Prim Ministru u Kap tal-PN Lawrence Gonzi ingħaqad mad-deputati-ribelli li qed jeħduha kontra Adrian Delia meta fi żmienu bierek l-attakki li saru kontrih biex isikktuh.

L-Avukat Debono kien qed jirrimarka fuq il-media soċjali fl-isfond tal-aħħar laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN li iddeċieda li jlaqqa’ il-Kunsill Ġenerali fil-31 ta’ Lulju u l-għada 1 ta’ Awwissu l-kunsillieri jivvutaw jekk iridux lil Delia bħala kap inkella jinħatarx kap ġdid.

Debono sostna li llum li tkun ribell fil-PN qisha saret moda, sabiħa u nobbli u l-fatt li Gonzi qed jeħodha kontra l-kap tal-partit turi li jew ra d-dawl u qed jirrikonoxx li mhux xi ħaġa ħażina li membri ta’ partit jeħduha kontra t-tmexxija jew li għad hemm il-politika tal-‘apartheid’ fejn persuni jistgħu jagħmlu xi ħaġa imma oħrajn le.

Waqt li nsista li s-sitwazzjoni fil-PN mhix tenibbli u b’mod jew ieħor irid ikun hemm żblokk, l-Avukat Debono saħaq li dak li qed jiġri huwa “mewġ ta’ żmien Gonzi” u saħaq li jekk il-PN irid jiġġedded irid jindirizza l-problemi li qed jiffaċċja mhux jigref biss dak li jidher fil-wiċċ.

Ekonomija

Sport