Saturday, December 21, 2024

Franco Debono jgħid li l-istatut tal-Partit Nazzjonalista jmur kontra l-Kostituzzjoni… għalhekk jgħid li tipprevali l-Kostituzzjoni

Aqra wkoll

L-Avukat Franco Debono qal l-istatut il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista jmur kontra l-Kostituzzjoni, li hi l-ogħla liġi tal-pajjiż. Jgħid li kull liġi jew regolament li jmur kontra l-Kostituzzjoni hu null u bla effett. 

Min-naħa tiegħu, Debono kkwota Artiklu 83 fejn jingħad li l-Kap hu l-Kap tal-Partit, kif ukoll iċ-Chairperson tal-Grupp Parlamentari, u jservi bħala Prim Ministru meta l-partit ikun qed imexxi l-Gvern u Kap tal-Oppożizzjoni meta l-partit ikun fl-Oppożizzjoni. 

Minflok, Franco Debono qal li min ikun Prim Ministru jinħatar mill-President tar-Repubblika skont l-Artiklu 80 tal-Kostituzzjoni li jgħid li “kull meta jkun hemm lok għall-ħatra ta’ Prim Ministru, il-President għandu jaħtar bħala Prim Ministru l-membru tal-Kamra tad-Deputati, li fil-ġudizzju tiegħu jkun l-aħjar li jkun jista’ jgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri tal-Kamra. Jgħid li dan jista’ jkun kap ta’ partit u jista’ ma jkunx. 

L-avukat jispjega li min ikun Kap tal-Oppożizzjoni jinħatar mill-President skont l-Artiklu 90 tal-Kostituzzjoni, fejn jista’ jkun kap tal-Partit u jista’ anke ma jkunx. 

Fuq kollox, Franco Debono jgħid li fejn statut ta’ partit imur kontra l-Kostituzzjoni, allura tipprevali l-Kostituzzjoni 

Ekonomija

Sport