Saturday, November 23, 2024

Franco Debono jisħaq li huwa kontra li l-ġudikatura tagħżel il-membri fi ħdanha; “Tneħħija ta’ sistema ta’ checks and balances”

Aqra wkoll

YouTube video

L-Avukat Franco Debono esprima lilu nnifsu kontra li membri tal-ġudikatura jinħatru minn ġudikanti nfushom. Huwa qal dan waqt li ta kummenti u esprima l-opinjoni tiegħu dwar il-proposti tal-Gvern għall-proposti tal-Kummissjoni Venezja, u kif ukoll dwar proposti tal-Oppożizzjoi Nazzjonalista u kif ukoll ta’ għaqdiet jew membri tas-soċjetà ċivili.

L-avukat Debono tenna li l-proposta li hemm fis-seħħ illum, li daħlet fis-seħħ grazzi għall-mozzjoni 260 tat-8 ta’ Novembru tal-2011 li kien ippreżenta hu fil-Parlament, taħdem fuq sistema ta’ checks and balances.

Fl-istess waqt iddeskriva bħala “inkwetanti immens” proposti li jisħqu li l-membri tal-ġudikatura jintgħażlu mill-ġudikatura nnifisha. Debono kompla jisħaq li matul dawn l-aħħar 20 sena kien hemm tliet membri tal-ġudikatura li rriżenjaw u kienu akkużati l-Qorti. Għaldaqstant argumenta li tali sistema fejn il-ġudikatura tagħżel il-membri fi ħdanha tneħħi s-sistema ta’ checks and balances.

Huwa kkummenta wkoll dwar il-ħatra tal-President tar-Repubblika b’żewġ terzi tal-Kamra tar-rappreżentanti.

Tenna li minkejja li huwa kien ressaq tali proposta fl-2010, bl-istess proposta kienet diskussa preċedentement f’select committee għat-tisħiħ tad-demokrazija fl-1987, din baqgħet qatt ma ddaħħlet fis-seħħ.

Huwa staqsa wkoll dwar il-ħtieġa ta’ dispożizzjoni li twassal għat-tneħħija ta’ President tar-Repubblika. Filwaqt li għamel referenza għall-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, li għandhom tali dispożizzjoni, minkejja d-diversi proċeduri li kienu nbdew dawn qatt ma tkomplew minħabba li soċjetà li tiġi biex tneħħi l-President tar-Repubblika, li huwa s-simbolu tal-għaqda nazzjonali u huwa meqjus l-gwardjan tal-kostituzzjoni, hija soċjetà li tkun tmermret.

Sport