Friday, May 9, 2025

Franco Mastantuono irid imur ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-plejer żagħżugħ ta’ River Plate, Franco Mastantuono qed jistenna xi tip ta’ trasferiment ma’ Real Madrid, filwaqt li għalissa qed jirrifjuta lil Manchester United u Chelsea li sadanittant urew interess fih.

Mastantuono qal lill-uffiċjali ta’ Manchester United li għadu mhux lest li jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu, hekk kif jistenna li l-ġganti tal-La Liga jagħmlu kuntatt. Din hi daqqa ta’ ħarta għall-kowċ ta’ Manchester United Ruben Amorim, li kien qed jittama li jġib wieħed mill-aqwa talenti żgħażagħ tal-Arġentina kemm jista’ jkun malajr.

Amorim qed jittama li jagħmel bidliet bl-ingrossa fl-iskwadra tiegħu dan is-sajf hekk kif għandu l-għan li jreġġa’ lura l-agħar staġun tal-Premier League li qatt kellhom l-United.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport