Frank Cachia se jibqa president ta’ Marsaxlokk FC għat-tliet snin li ġejjin. Dan sar magħruf matul il-ġurnata tas-Sibt hekk kif saret il-laqgħa ġenerali annwali tal-klabb Xlukkajr fejn lis-stess Cachia ġie konfermat fl-rwol.
Taħt il-Presidenza ta’ Cachia, Marsaxlokk għamlu passi ta’ ġgant fil-futbol Malti fejn mhux kisbu promozzjoni wara oħra iżda huwa wieħed mill-aktar klabbs rispetatti fit-360Sport Malta Premier. Dan wara li matul is-snin huma bnew skwadra kompetittiva sabiex tikkompetti mal-kbar fil-futbol Malti.
Intant fl-aħħar sigħat Marsaxlokk żvellaw l-emblema l-ġdida tal-klabb li tonora l-passat u fl-stess ħin tagħti dimensjoni futura lill-klabb.