Fil-belt kapitali Taljana Ruma qed jiġru xnigħat li l-leġġenda Ingliża Frank Lampard jista’ jkun kowċ ta’ Roma fiż-żmien mhux daqstant ‘il bogħod. Dan kollu qed iseħħ hekk kif il-kowċ attwali Ivan Juric qed ikun dejjem iktar taħt pressjoni speċjalment għax ir-riżultati mhux jaslu.
Lampard jista’ jaċċetta l-proġett tal-Giallorossi ġaladarba jkun wieħed serju u ambizzjuż. Hu għandu 46 sena u fil-karriera tiegħu mexxa lil Derby County, Chelsea u Everton.