Waqt il-konferenza stampa li kellu mal-ġurnalisti Ingliżi wara l-logħba li l-Blues lagħbu kontra Brighton and Hove Albion, il-kowċ ta’ Chelsea Frank Lampard qal li għad irid isir ftehim mar-rappreżentant tal-midfielder difensiv N’Golo Kante dwar it-tiġdid fil-kuntratt tiegħu.
Il-plejer ta’ 32 sena jiskadilu l-kuntratt f’Ġunju li ġej u s’issa ma sar l-ebda żblokk tas-sitwazzjoni. Il-kowċ temporanju ta’ Chelsea qal li l-klabb qed jaħdem f’dan ir-rigward għax Kante hu midfielder ta’ kwalita’. Hu ilu ma’ Chelsea sa mis-sena 2016 fejn skorja 11-il gowl f’187 partita.