Birkirkara ħabbru l-akkwist tal-attakkant Niġerjan, Franklin Sasere.
L-iskorer prolifiku ta’ 26 sena mhuwiex wiċċ ġdid għal Malta, wara li kellu esperjenzi preċedenti ma’ Hamrun Spartans FC u Floriana FC rispettivament. Huwa se jġib esperjenza siewja fl-iskwadra wara li skorja 31 gowl maż-żewġ klabbs preċedenti tiegħu.
Huwa qal: “Ninsab eċċitat li ningħaqad ma’ dan il-klabb storiku u lest li nagħti kollox għat-tim. Ninsab eċċitat li nesperjenza dan il-kapitlu ġdid u niffaċċja sfidi ġodda.”
Dan huwa t-tielet akkwist minn Birkirkara FC wara li diġá kkonfermaw is-servizzi tad-difensur Urugwajan Francisco Lopez u lil Jan Busuttil.